Social Entrepreneurship Gewwa l-Kroazja
MALTA
Importanti li wieħed iżomm f’moħħu li Malta għad m’għandhiex il-liġi tal-intrapriża soċjali. Malta tinsab fil-proċess li tiddiskuti l-att tal-intrapriża soċjali fil-parlament u mbagħad tagħmel l-emendi finali u tgħaddi l-liġi.
Dawn li ġejjin huma xi eżempji ta’ organizzazzjonijiet jew kumpaniji Maltin li joperaw fuq l-istess bażi ta’ intrapriżi soċjali.
ACT Malta
L-organizzazzjoni ACT bdiet lura fl-2018 bħala organizzazzjoni ambjentali. Inbdiet bejn grupp ta’ ħbieb li riedu jġibu bidla pożittiva fil-gżira ta’ Malta fil-qasam ambjentali b’enfasi fuq l-afforestazzjoni.
Il-membri fi ħdan din l- organizzazzjoni, jemmnu fin-nies u fil-progress sostenibbli għall-komunitajiet tagħna. Huma ilhom jaħdmu bil-għan li jgħinu fl-afforestazzjoni ta’ Malta. Fil-fatt l-għan tagħhom huwa li iħawlu madwar miljun siġra fil-gżira.
Fil-bidu kienu jiddependu fuq fondi u donazzjonijiet min-nies. Madankollu, indunaw li dan ma kienx biżżejjed. Riedu flus biex iħallsu għall-istaff tagħhom li kienu qed jaħdmu u jħawlu siġar u jieħdu ħsieb dawn is-siġar wara li jitħawlu fis-selvaġġ.
Fil-fatt bdew jipprovdu attivitajiet ta’ team building u taħriġ korporattiv fil-post fejn jaħdmu. Dan kien il-bidu tal-vjaġġ tagħhom fid-dinja tan-negozju. Huma jikkwalifikaw bħala intrapriża soċjali minħabba l-fatt li jimpjegaw l-aktar nies b’inqas. opportunitajiet bħal ngħidu aħna migranti jew persuni li jitilqu l-iskola kmieni. Barr minn hekk qed jinvestu ħafna mill-profitti tagħhom fil-komunità peress li l-flus li jaqilgħu qed jonfquhom biex iħawlu aktar siġar.
Indirizz: 54 Triq San Pawl, L-Imġarr, Malta
Telefon: +356 79876545
Dar Tal-Providenza Malta
Id-Dar tal-Providenza twaqqfet minn Dun Mikiel Azzopardi fl-1965 bil-għan li toffri dar b’ambjent akkoljenti u familjari, għal persuni b’diżabilità li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jibqgħu jgħixu mal-familja tagħhom.
Sa mill-bidu tagħha din l-oranizzazzjoni ipprovdiet servizzi residenzjali lil persuni b’diżabilità. Dawn is-servizzi jinkludu residenza permanenti jew temporanja u diversi servizzi mmirati biex itejbu l-benessri tagħhom.
L-organizzazzjoni sa ċertu punt tiddependi fuq il-ġbir ta’ fondi, iżda jikru wkoll il-parti mir-residenza u permezz ta’ din joffru servizzi ta’ akkomodazzjoni. Uħud mir-residenti huma impjegati biex jieħdu ħsieb dan u oħrajn qed jaħdmu fil-kċina jippreparaw l-ikel għall-klijenti li joqogħdu f’dan il-post. Il-flus iġġenerati jgħinu biex ikomplu joffru s-servizzi lill-persuni b'diżabilità li joqogħdu fid-dar.
Indirizz: Lapsi Street, Siggiewi SGW 2822, Malta
Telefon: +356 79273115
Caritas Malta
Caritas Malta bdiet bħala NGO fl-1968. Bdew bħala grupp ta' nies li kienu hemm biex jgħinu persuni bil-vizzju tad-droga jegħlbu l-vizzju tagħhom. Huma joffru ħafna edukazzjoni psikosoċjali lin-nies li ddeċidew li jissieħbu fil-programm tagħhom. programme.
Il-professjonisti li jaħdmu mal-organizzazzjoni li joffru appoġġ psikosoċjali u ħiliet soċjali jagħtu ukoll appoġġ lir-residenti. and social kills support to the residents.
Indirizz: Triq IL-Buskett, Ħaż-Żebbuġ, Malta
Telefon: +356 20928100
Sedqa Malta
Is-Sedqa toffri servizzi ta’ prevenzjoni u għandha l-għan li tnaqqas l-vizzji, billi taħdem ġewwa l-iskejjel u fil-komunità inġenerali. Is-servizzi jvarjaw minn edukazzjoni tat-tfal għal programmi għall-adulti biex jegħlbu l-vizzji, prinċipalment il-logħob tal-azzard, il-vizzju tad-droga u l-vizzju tal-alkoħol.
Huma joffru dawn il-programmi b’xejn u huma assistiti minn fondi tal-gvern. Li jagħmlu hu li ladarba n-nies jirnexxilhom jegħlbu l-problema tal-vizzju tagħhom, dawn in-nies jiġu offruti impjieg. L-organizzazzjoni ma timpjegahomx hi stess iżda tgħinhom isibu impjieg ma' organizzazzjonijiet oħra msieħba li jaħdmu magħhom.
Indirizz: 3, Braille Street, Santa Venera SVR 1690, Malta
Telefon: +35623885110
Inspire Malta
The organization was founded 40 years ago. It’s a merger between the Eden Foundation and Razzett tal-HbiebrijaDin l--organizzazzjoni twaqqfet 40 sena ilu. Hija fużjoni bejn il-Fondazzjoni Eden u r-Razzett tal-Ħbiberija. Il-missjoni ewlenija tagħha hija li jgħinu lill-persuni b'diżabilità. Huma jipprovdu servizzi għal dawn l-individwi u l-familji tagħhom. Dawn jinkludu servizzi terapewtiċi u servizzi ta‘ divertiment.
Għandhom numru ta’ faċilitajiet bħal fitness centre, park għall-annimali, u pool fejn joffru s-servizzi lin-nies. Meta dawn il-faċilitajiet ma jkunux qed jiġu użati minnhom, huma jiftħuhom għall-pubbliku u bil-flus li jaqilgħu jkunu jistgħu jsostnu s-servizzi li jagħtu lill-klijenti tagħhom. Hekk jistgħu jagħtu s-servizzi bi prezz imraħħas ħafna.
Indirizz: BLB801 ZTN 3000, Iż-Żejtun, Malta
Telefon: +356 22199000