Is-Sitt Pass: Struttura tal-Ispejjeż:
Din il-parti tiddeskrivi l-aktar spejjeż importanti li se ġġarrab biex tibda u tmexxi n-negozju. L-ispejjeż ivarjaw ħafna minn negozju għal ieħor. Huwa importanti ħafna li tipprova taħseb fl-ispejjeż kollha li tista' ġġarrab inklużi spejjeż ta' emerġenza li jistgħu jinqalgħu matul it-triq.
Mistoqsijiet li għandhom isiru:
X'inhuma l-ispejjeż biex jinbeda n-negozju?
X'inhuma l-ispejjeż biex isir il-prodott jew is-servizz?
X'inhuma l-ispejjeż operattivi?
- Ikteb ir-riżorsi fiżiċi, intellettwali, umani u finanzjarji kollha li ser ikollok bżonn.
- Meta qed tippjana li tibda tagħmel profitt?